Ground hostess Ground hostess

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal GROUND HOSTESS għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ART biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jimxui fil-livell tal-qadd min-nofs lejn il-ġnub. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal BILJETT bl-idejn forma ta’ L kkurvata u bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn l-ewwel jiltaqgħu fin-nofs u jimxu ftit lura lejn il-ġnub biex jiffurmaw rettanglu. (iii) Fl-aħħar, l-idejn jieħdu l-forma ta’ T bil-pala ta’ id waħda tħares ’il ġewwa u l-oħra tħares ’l isfel, jiltaqgħu fin-nofs, iduru kontra xulxin waqt li jżommu kuntatt. Il-pala tal-id tħares ’il ġewwa tiġi tħares ’l isfel u dik tħares ’l isfel tiġi tħares ’il ġewwa.

The sign for GROUND HOSTESS has three parts. (i) The first part is the sign for FLOOR made with both hands in the shape of 5 with palms facing downwards. The hands move at waist level from the centre to the sides. (ii) Then the sign for TICKET is made with the hands in the shape of curved L and palms facing downwards. The hands meet in the middle and move away horizontally to form a rectangle. (iii) Finally, the hands take the shape of T with the palm of one hand facing inwards and the other downwards. The hands meet in the middle, turn in opposite directions whilst still in contact. The hand with the palm facing inwards now faces downwards and the hand with palm facing downwards now faces inwards.